Jum wara li l-Prim Ministru Ingliż Theresa May applikat artiklu ħamsin li skatta l-proċess tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, fil-House of Commons bdiet ħidma sabiex eluf ta’ liġijiet Ewropej jiġu emendati fi ħdan leġislazzjonijiet eżistenti li għandu l-pajjiż.
Dak imlaqqam bħala ‘The Great Repeal Bill’ jinkludi liġijiet sempliċi bħal liġijiet dwar drittijiet tal-ħaddiema, l-ambjent fost l-oħrajn.
Dawn kollha jridu jinbidlu hekk kif formalment beda l-proċess għal BREXIT.
Is-Segretarju għal BREXIT, li huwa ekwivalenti għal Ministru responsabbli mit-taħdidiet u l-proċess għal ħruġ tar-Renju mill-Unjoni Ewropea qal li l-liġijiet tal-pajjiż jistgħu jittejbu wara li jiġu emendati sabiex tinħall kull rabta mal-istess Unjoni Ewropea.
Min-naħa tiegħu l-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn appella biex kull leġislazzjoni ssir taħt skrutinju iebes mill-Parlament.
Ir-Renju Unit mistenni joħroġ għal kollox mill-Unjoni Ewropea f’Marzu ta’ sentejn oħra.&&