Matul il-ġurnata tat-Tlieta, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qed jiċċelebra għeluq sninu.
Dr Robert Abela twieled fis-7 ta’ Diċembru 1977 u huwa iben il-President Emeritus George Abela u s-Sinjura Margaret Abela.
Bosta huma dawk li ħatfu l-opportunità li jawguraw lil Dr Abela fuq il-midja soċjali.
Mart il-Prim Ministru, Lydia Abela, ukoll awgurat lil żewġha.
Hija rringrazzjatu tal-imħabba u rispett li juri magħha u ma’ binthom Giorgia Mae.