‘La Vittoria Youth Band XOW’ li din is-sena ser ikun qiegħed jiġi preżentat fil-ġurnata tal-Ħadd, se jkun qiegħed joffri lil l-udjenza, lejla rilassanti, eżatament dak li wieħed ikun qiegħed ifittex wara ġimgħa ta’ xogħol, u eżattament qabel ma tibda ġimgħa ta’ ħidma oħra.
Kif jiġri kull sena, l-innovitajiet ser ikunu parti importanti mill-edizzjoni ta’ din is-sena fejn bi dwalijiet u effetti speċjali differenti minn ta’ snin preċedenti, kif ukoll permezz ta’ tibdil fid-dehra artisitka ser ikun hemm garanzija ta’ spettaklu kbir. Għal darboħra ukoll, Il-maġġoranza tal-mużika li sejra tindaqq ser tkun qiegħda tiġi esebita f’Malta għal l-ewwel darba.
Fl-aħħar tliet edizzjonijiet il-kunċert ħa dehra aktar moderna, fejn l-elementi kollha li qegħdin jiddominaw ix-xena ta’ bħalissa, qegħdin isibu posthom f’dan il-kunċert. Din is-sena ser inkunu qegħdin naraw qabża kbira fil-livell mużikali tal-baned tradizzjonali Maltin.
Dan u aktar ser isir nhar il-Ħadd 3 ta’ Settembru 2017, fil-Pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa mit-8p.m. ‘il quddiem. Id-direzzjoni u produzzjoni tkun ta’ Mro. Ryan Mallia, filwaqt li l-preżentazzjoni tkun ta’ Elaine Saliba Bonnici. Dħul huwa bla ħlas!
Il-Banda La Vittoria, l-għada t-Tnejn 4 ta’ Settembru, tippreżenta l-Kunċert Annwali tal-Festa fejn ser tkun qiegħda tiġi ċċelebrata il-110 snin mit-twaqqif tas-Società Filarmonica La Vittoria tal-Mellieħa.