Lejla sajfija mżewqa b’mużika klassika fil-Palazz tal-Girgenti hekk kif nhar is-26 ta’ Lulju ser jittellgħa l-kunċert Classics Under the Stars. Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn madankollu kull min ser jattendi ser ikun mistieden jagħti donazzjoni b’risq l-annimali li jinżammu fis-santwarji f’Malta u Għawdex.
Dan il-kunċert ser jittella’ bis-sehem ta’ ħamsa u sittin mużiċist tal-orkestra filarmonika ta’ Malta fejn se jindaqqu repertorji tal-istess orkestra kif ukoll siltiet mill-opri kif ukoll dawk b’noti leġġeri li jinkludu mużiċisti bħal Johann Straus, France Lear, kif ukoll ballet mingħand Le Cide ta’ Mass Nee li tikkonsisti f’mużika Spanjola.
Ma’ One News, Michael Laus li huwa s-Surmast residenti tal-Orkestra Filarmonika spjega kif l-attivita’ Classics Under the Stars tolqot il-gosti ta’ kulħadd.
F’din l-edizzjoni ser jieħdu sehem ukoll it-tenur Cliff Zammit Stevens u l-baritonu Miguel Rosalis fejn ser jkantaw siltiet flimkien kif ukoll solo.
Mart il-Prim Ministru Michelle Muscat spjegat kif minkejja li tul is-sena jinġabru flus b’risq min hu fil-bżonn, wieħed m’għandu qatt jinsa lill-annimali li huma kreaturi bla vuċi.