Arani Issa jkompli b’aktar stejjer emmozjonanti s-Sibt filgħaxija. Dan is-sit tkellem ma’ Joseph Chetcuti sabiex jagħtina togħma żgħira ta’ x’qed nistennew fil-programm tant segwit tiegħu Arani Issa ta’ din il-ġimgħa.
”Ser ikollna 3 stejjer veramewnt emozjonanti! L-istorja tat-trasformazzjoni toħodna Ħaż-Żabbar fejn hemmhekk ser niltaqgħu ma’ mara żabbarija jisimha Tanya – mara speċjali li għaddiet minn ħafna u li għandha mħabba kbira lejn l-annimali. Arani Issa jitfa’ ħarstu wkoll lejn l-istorja ta’ Chayenne – storja li bla dubju ser tmiss il-qlub ta’ ħafna. Iżda bla dubju l-istorja stilla ser tkun dik tal-koppja – illum miżżewgin – ta’ Gaetano u Kurt. Koppja ta’ żewgt’irġiel li jinħabbu b’imħabba tant sabiħa u onesta’. Kurt u Gaetano ser ikellmuna fuq l-istorja tagħhom u aħna ċerti li din l-istorja ser tħallikom issegwu Arani Issa b’ tant simpatija u ammirazzjoni għal din il-koppja hekk friska li illum wkoll ingħaqdu fiż-żwieġ.”
JOSEPH CHETCUTI – PREŻENTATUR TA’ ARANI ISSA
L-ispettaklu ma jonqosx ukoll bil-mistieden speċjali ta’ din il-ġimgħa li m’hu ħadd ħlief Kurt Calleja nnifsu u għalhekk titilfux l-intervista ħelwa li Joseph u t-tim tiegħu ħejjew għal ma’ dan il-kantant tant bravu u simpatiku.
Infakkru li l-applikazzjonijiet għas-sensiela l-ġdida ta’ Arani Issa reġgħu fetħu, għalhekk tista’ ċċempel fuq 9922 9011 jew inkella titkeb fuq il-paġna ta’ facebook ta’ Arani Isssa