Mingħajr ħlas iżda eċċitanti daqs kwalunkwe kunċert ieħor li inti tħallas għalih.
Dan huwa l-kunċert tal-Leone Band li se jkun qed jittella’ is-Sibt li ġej fit-tmienja ta’ filgħaxija ġewwa t-Teatru Aurora fil-belt kapitali Għawdxija.
Il-programm jiftaħ b’żewġ siltiet – fil-fatt iż-żewġ fetħiet – tal-Cavalleria Rusticana ta’ Mascagni u ta’ Pagliacci ta’ Leoncavallo.
Dawn ser ikunu segwiti minn Vedi Napoli e poi mori mill-kompożitur Sqalli, Giovanni Giumarra, li għex f’Malta u Għawdex u ħalla wirt dejjiemi fil-mużika tal-bands.
Is-serata mistennija tagħlaq b’interpretazzjonjiet tas-siltiet Swan Lake u Marche Slave mill-kompożitur ġenjali Russu Tchaikovzsky.