Nirien fl-għelieqi ta’ razzett fiż-Żejtun fissru lejl sħiħ ta’ ħidma għall-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għamlu sigħat twal jissieltu magħhom biex intfew għal kollox għal ħabta tas-sitta ta’ dalgħodu.
Jirriżulta li n-nirien ħakmu t-tiben li kienu fir-razzett fi Triq iċ-Ċawsli u minn tagħrif li ksibna kkonfermajna kif minbarra n-nies tal-protezzjoni ċvili intużaw ukoll numru ta’ bowsers privati.