Allan Simonsen, wieħed mill-aktar plejers storiċi li qatt lagħbu l-logħba sabiħa tal-ballun. Simonsen hu wkoll rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb, l-akbar unur li plejer individwali jista’ qatt jirbaħ.
Plejer, li mhux biss kien tekniku u veloċi, imma wkoll wieħed li kien minn ta’ quddiem f’mumenti importanti u prestiġjużi.
Dan il-plejer Daniż, li għadu magħruf sal-lum bħala wieħed mill-aqwa plejers tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet, baqa’ magħruf b’mod speċjali għas-suċċess kbir tiegħu ma’ Barċellona fi Spanja u Borussia Monchengladbach fil-Ġermanja.
Ma’ dawn tal-aħħar, hu wkoll kien skorja żewġ goals fil-finali UEFA Europa League tal-1975 kontra l-Olandiżi ta’ FC Twente.
Simonsen ukoll kellu rwol importanti mat-tim nazzjonali Daniż, waqt li jibqa’ l-uniku plejer fl-istorja tal-futbol li skorja fil-finali tat-tliet kompetizzjonijiet ewlenin tal-klabbs fl-Ewropa.
Iżda liema hu l-isbaħ mument ta’ Simonsen?
ONE News staqsih waqt l-okkażjoni tal-ftuħ ta’ wirja fis-sala parrokkjali tal-Ibraġġ, fil-limiti tas-Swieqi, li hi magħmula minn kollezzjoni impressjonanti li kull fantatiku tal-futboll għandu jżur.
“To win the Ballon D’Or it is like you are the best player in the world, that’s a big big honour for every football player not only for me but everyone who is inside here in this room has been a big big honour for them. I’m so excited to be here to see those shirts from them all”.
Allan Simonsen, Leġġenda tal-Futbol
Simonsen lagħab ukoll ma’ diversi leġġendi, fosthom il-leġġendarju Arġentin Diego Armando Maradona.
“I have played with some many good players you name one, Maradona, you name several.”
Allan Simonsen, Leġġenda tal-Futbol
Fil-wirja inawgurata minn Simonsen, wieħed isib it-trofew oriġinali tal-Ballun tad-Deheb u flokkijiet milbusa mir-rebbieħa ta’ dan il-premju mill-1956 lil hawn.
Ismijiet ikoniċi, bħalma huma Pelé, Maradona, Bobby Charlton, George Best, Johan Cruyff, Franz Beckenbauer, Zinedine Zidane, Lionel Messi u Cristiano Ronaldo, kollha huwa rappreżentati, filwaqt li anke hemm sezzjoni speċjali ddedikata lil Simonsen innifsu.
Din il-wirja fis-sala parrokkjali Tal-Ibraġġ mhix biss ġenna għall-partitarji tal-futbol, iżda għandha wkoll għan nobbli warajha, bid-dħul mid-donazzjonijiet kollha se jmur b’risq l-għaqda Step Up For Parkinson’s.
“Il-futbol jagħtina wkoll dik is-saħħa mentali li tant għandna bżonn meta nkunu għaddejjin minn xi saram jew nkella xi kundizzjoni bħalma jiena għaddej bħalissa. Ngħix bil-Parkinson’s Disease u proprju din iż-żjara ta’ Allan Simonsen hi wkoll parti mir-raba’ edizzjoni ta’ Sports for Parkinson’s Campaign, kampanja nazzjonali li konna bdejna madwar tliet snin u nofs ilu.”
Adriaj Casha, Ambaxxatur tal-Parkinson F’Malta