Il-patriomnju u l-wirt kulturali ta’ pajjiżna, ta kontribut kbir għall-istorja rikka tagħna. Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ra l-importanza li postijiet li huma ta’ sinifikat għall-istorja li tagħmilna Maltin jiġu preservati.Permezz tad-Direttorat tar-Restawr, beda x-xogħol biex il-ġenerazzjonijiet futuri tagħna jkollhom legat biex igawduh.
Jekk nagħtu ħarsa lejn il-proġetti li saru fil-Belt Valletta, naraw li sar restawr fuq postijiet bħal Palazzo Verdelin, Palazzo Ferreria, il-Kon Katidral ta’ San Ġwann, kif ukoll il-Knisja tal-Ġiżwiti u Palazzo Castellania.
Ir-restawr ma sarx biss fil-Belt Kapitali tagħna – kien hemm proġetti oħra li saru madwar Malta, fosthom ir-restawr tan-niċċa ta’ San Mikiel fiż-Żurrieq, tal-Kappella tal-Maddalena f’Ħad Dingli, is-swar tat-Telgħa tal-Kurċifiss fil-Furjana, kif ukoll il-Batterija ta’ Grunenbergh fl-Isla.
Dawn il-proġetti tar-restawr qegħdin jgħinu biex jittejjeb il-prodott komplut li joffri pajjiżna u jkompli jwassal għal stimolu ekonomiku ġdid.