Il-Partit Nazzjonalista għamel sforz kbir biex għada jkollu f’Tas-Sliema mexxej ewlieni minn partit Ewropew.
Iżda, l-istrateġisti ta’ Simon Busuttil ma kienux kapaċi jagħmlu dan. Għaldaqstant, Simon Busuttil reġa’ mar fuq il-ħabib tiegħu ta’ dejjem mill-Parlament Ewropew, Manfred Weber.
Weber intuża diversi drabi mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin bil-għan li l-PN jipprova joħloq il-ħsieb li għandu xi appoġġ fl-Ewropa. Iktar minn hekk intuża biex issir ħsara lill-Malta f’attakki orkestrati mid-Dar Ċentrali.