Meta qrajt u staqsejt fuq il-LEAD ħassejt li huwa ċ-ċavetta għall-motivazzjoni għall-ħajra politika
Hekk tiddeskrivi l-programm LEAD Anita Giordimaina, avukat ta’ disgħa u għoxrin sena li hi waħda mill-parteċipanti.
Iżda, il-programm LEAD jispikka wkoll għaliex huwa għal kulħadd. It-taħlita ta’ parteċipanti hija waħda mill-iktar affarijiet li jispikkaw.
Titkellem dwarha Catherine Fenech, omm ta’ żewġ ulied.
Impressjoannti hija l-firxa wiesgħa ta’ parteċipanti, min hu bħali li diġa’ huwa involut fil-ħidma politika u min hu l-ewwel darba fil-politika.
Dan kollu jagħmel il-programm iktar interessanti, kif tispjega Tania Borg, għalliema.
Id-diversita interessatni ħafna,. Hemm tfajliet li għadhom taħt l-20 sena. Hemm nisa maturi u hemm nisa avvanzati wkoll u dan jarrekixxi, jagħti spunt għad-diversita għal opinjonijiet differenti, esperjenzi differenti u modi ta’ ħajja differenti.
Mad-diversità l-parteċipanti japprezzaw l-opportunità li jingħataw esperjenzi diretti.
L-iktar ħaġa li tolqtoni fil-practicals, hija l-isfida u l-eċitament li jtuk kemm meta tkun qed tipprepara għall-ispeech jew id-dibattitu li tkun ħadt sehem fih u meta tiġi biex tippreżenta x-xogħol li tkun għamilt.
Din hija xi ħaġa sabiħa fil-LEAD li għandna kemm it-teorija u kemm il-prattika. U l-prattika vera. Fl-akkademja ngħidulha l-prassi. Iġifieri li int titgħallem għandek ċans taħdem tirrifletti u tirranga l-affarijiet.
Il-parteċipanti jingħataw esperjenza diretta tal-ħajja politika, biex id-deċiżjoni li jieħdu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom tkun waħda infurmata.
Prinċipju li nteressanti huwa l-mentoring. F’Malta nafuh l-iktar fl-akkademja fejn wieħed jagħmel teżi u jkollu xi ħadd miegħu u anke fix-xogħol, u qed naraha b’saħħitha ħafna fil-Lead
L-applikazzjonijiet għall-programm il-ġdid ta’ LEAD huma miftuħin u wieħed jista’ jniżżel l-applikazzjoni minn fuq is-sit www.lead.org.mt