LEAD. Proġett imniedi mill-Partit Laburisti ftit tal-jiem ilu fejn minn Settembru ta’ din is-sena sa Settembru tas-sena 2027, il-Partit Laburista jrid li jżid b’mod qawwi l-parteċipazzjoni tan-nisa fi ħdanu.
Dan il-proġramm se jkun maqsum fuq erba’ fażijiet fejn l-għan aħħari se jkun li sal-elezzjoni ġenerali tal-2027, nofs il-kandidati tal-Partit Laburista, ikunu nisa. Iżda biex naslu għal din il-mira ambizzjuża, il-Partit Laburista qed jimmira li sal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, fl-2019, ikun hemm 40% u 35% tal-kandidati nisa, rispettivament.
Il-pjan huwa parti mill-viżjoni tal-Mexxej Laburista, Joseph Muscat, u l-implimentazzjoni tiegħu hi fdata f’idejn l-istess Miriam Dalli.
Propju dwar dan il-programm illum se tkun qed tittella’ xandira diretta fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Partit Laburista għall-ħabta tat-15:30 fejn is-segwaċi se jkunu qed jingħataw iċ-ċans li jipparteċipaw fi kwestjonarju flimkien mal-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli u Dr. Helena Dalli.
Il-pubbliku li se jkun qed isegwi se jkun jista’ jistaqsi billi jħalli l-mistoqsija tiegħu relatata ma’ dan il-programm taħt ix-xandira diretta permezz ta’ kumment biċ-ċans li l-mistoqsijiet jiġu mwieġba.
Ħin: 15:30
Paġna fejn se ssir ix-xandira diretta: Partit Laburista – agħfas hawn
Paġna uffiċjali ta’ LEAD: www.facebook.com/leadmalta
Jekk tixtieq issir taf iktar dwar dan il-programm, aqra dwaru hawn