Il-vjolenza domestika hija pjaga fis-soċjetà tagħna u n-nuqqas ta’ azzjoni qed jirriżulta biss f’aktar ħajjiet mitlufa. Bħala nisa li naspiraw li nagħmlu l-ġid fil-komunitajiet tagħna, nuru l-appoġġ tagħna lill-familja ta’ Chantelle Chetcuti u l-familji ta’ madwar 37 mara li mietu f’idejn ir-raġel, is-sieħeb, binhom jew qraba tagħhom fl-aħħar 40 sena.
Li nuru l-appoġġ tagħna lil dawn in-nisa u l-familji ifisser li se nkomplu niġġieldu kontra kultura ta’ abbuż li sseħħ f’forom differenti, kemm jekk b’mod fiżiku, emozzjonali jew psikoloġiku. Se nkunu ta’ vuċi għal dawk kollha li jiffaċċjaw abbużi ta’ kuljum, fid-dar u fuq il-post tax-xogħol tagħhom. L-ebda bniedem m’għandu jgħix ħajja ta’ biża’ u l-ebda bniedem m’għandu d-dritt li jneħħi l-ħajja ta’ xi ħaddieħor.
Figuri riċenti juru li ġew saru aktar minn 1,000 rapport ta’ vjolenza domestika mal-pulizija matul l-ewwel disa’ xhur tal-2019. Meta mqabbel matul l-istess perjodu, ħames individwi ingħataw sentenzi ta’ ħabs fuq każijiet ta’ vjolenza domestika.
Bħala LEAD nappellaw għal-liġijiet aktar b’saħħithom, u nkomplu nappoġġjaw sforzi edukattivi fejn il-vjolenza qatt ma hi ġustifikabbli. Il-kampanji informattivi qegħdin jiżdiedu, iżda biex dawn ikunu effettiv, l-infurzar u s-servizzi pprovduti jeħtieġu aktar riżorsi.