Il-mexxejja tal-lemin Marine Le Pen qalet li għandu jkun hemm tmiem għall-edukazzjoni b’xejn lil tfal barranin fi Franza.
Waqt diskors f’Pariġi, il-kap tan-National Front u kandidata għall-elezzjoni presidenznali tas-sena d-dieħla qalet li m’għandha xejn kontra l-barranin.
Pero qalet li jekk imorru Frazna m’għandhomx jistennew li jkunu mħarsa u li wliedhom jieħdu edukazzjoni bla ħlas.
“M’hemmx iktar logħob” sostniet Le Pen li hija mistennija tkun waħda miż-żewġ kandidati li jagħmluha sal-finali għall-elezzjoni presidenzjali ta’ Mejju.