Il-kandidata għall-elezzjoni Presidenzjali fi Franza f’isem il-lemin estrem, Marine Le Pen, qalet li jekk tkun hi fit-tmexxija se tkun qed tissospendi l-immigrazzjoni illegali lejn Franza.
Le Pen qalet li trid twaqqaf “is-sitwazzjoni mhux kontrollata” tal-immigrazzjoni.
F’dimostrazzjoni li għamlet, Le Pen spjegat li Franza taħt it-tmexxija tagħha tkun qed tintroduċi regoli drastiċi, raġonevoli u aktar stretti dwar l-immigrazzjoni.
Jidher li mill-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, Marine Le Pen u Emmanuel Macron, huma l-kandidati favoriti ta’ din l-elezzjoni Presidenzjali.
Qed jingħad li fl-ewwel ”round” għall-elezzjoni presidenzjali Le Pen u Emmanuel Macron se jeliminaw lir-Republikani u lis-Soċjalisti.