Il-kandidata għall-elezzjoni Presidenzjali Franċiża, Marine Le Pen, qed tiġi akkużata li kkupjat id-diskors tagħha mingħand ir-rivali tagħha François Fillon, waqt diskors li għamlet ilbieraħ.
Diversi sezzjonijiet fid-diskors tagħha f’Villepinte, fit-Tramuntana ta’ Pariġi, jidhru li huma rrepetuti kważi kelma b’kelma minn kummenti li għamel Fillon f’diskors li għamel fil-15 ta’ April.
Le Pen issa se tkun qed taffaċċja lil Emmanuel Macron fil-finali ta’ nhar il-Ħadd.
Ix-xebħ fid-diskorsi ġie nnotat minn profil fuq Youtube, Ridicule TV, li inizjalment kien qed jintuża bħala appoġġ għal François Fillon u kif ukoll biex jattakkaw lil Macron qabel l-ewwel elezzjoni li fiha Fillon ġie eliminat.