- Il-kjosk propost fil-Pjazza tal-Mosta mhux se jsir.
Jirriżulta li d-Dipartiment tal-Artijiet ma tax l-approvazzjoni għall-applikazzjoni fil-pjazza tal-Mosta biex fuq il-pavimentar biswit iz-zuntier tal-Knisja jsir il-kjosk, li xejn ma ntlaqa’ tajjeb mill-Mostin.
Jirriżulta li d-Dipartiment informa lill-periti tal-applikant li mhux se jkun hemm l-approvazzjoni għal dan il-kjosk u għalhekk ma kellux jibqa’ għaddej bl-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar. Dan anke biex ma jibqax idaħħal lill-klijent fi spejjeż.
Irrapportat dwar din l-ittra il-Maltatoday, l-għada li projects Malta ħarġet sejħa għall-proposti biex fiċ-ċentru tal-Mosta jsiru spazji ta’ parkeġġ ġodda u jiżdiedu ż-żoni pedonali. Xi ħaġa li hemm reazzjoni pożittiva għalija.
Differenti ferm mir-reazzjoni għal dan il-kios bla pjan bis-Sovraintendenza tal-Wirt Kulturali tgħid li l-kjosk propost kien ikollu impatt viżwali negattiv fuq il-Knisja ikonika tar-Rotunda.
L-awtorità tat-Turiżmu qalet li liċenzji għal kjosks ġodda fuq art tal-gvern mhumiex ikunu kkunsidrati sakemm mhux parti minn proġetti ikbar li jgawdu minnhom ir-residenti.