Regoli ġodda se jaraw li kumpaniji ma jevadux it-taxxa. Il-Kummissjoni Ewropea laqgħat ftehim bejn stati membri Ewropej dwar dawn ir-regoli.
L-elementi ewlenin tal-proposti l-ġodda jinkludu:
- miżuri legali li jwaqqfu l-aktar metodi komuni użati minn kumpaniji biex jevitaw li jħallsu t-taxxa;
- rakkomandazzjoni lill-Istati Membri dwar kif jipprevjenu l-abbuż tat-trattat tat-taxxa;
- proposta biex l-Istati Membri jaqsmu informazzjoni relatata mat-taxxa fuq il-kumpaniji multinazzjonali li joperaw fl-UE;
- azzjonijiet biex jippromwovu governanza fiskali tajba internazzjonalment;
- proċess ġdid tal-UE għall-elenkar ta’ pajjiżi terzi li jirrifjutaw li jkunu ġusti.
Il-miżuri se jfixklu l-evażjoni ta’ taxxa, jagħtu spinta lit-trasparenza bejn l-Istati Membri u jiżguraw kompetizzjoni ġusta għan-negozji kollha fis-suq uniku.
Il-Ministru Edward Scicluna spjega li pajjiżna se jikkopera.
sticky