Il-Kummissjoni għall-Ippjanar m’approvatx applikazzjoni biex tkun sanzjonata binja li telgħet fuq blokka ta’ uffiċini fi Triq ir-Repubblika, l-Belt.
Il-Kummissjoni, fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, qalet li dan l-iżvilupp illegali qed ixekkel il-veduta tal-koppla tal-Knisja ddedikata lil San Franġisk, ta’ grad wieħed.
Intant
Fondazzjoni Wirt Artna laqgħet bi pja1ir id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li permezz tagħha ċaħdet applikazzjoni ta’ sanzjonament għall-iżvilupp abbużiv li jikkonsisti f’sular żejjed fuq binja fi Triq ir-Repubblika, il-Belt.Hi qablet mar-raġunar tal-Kummissjoni għall-Ippjanar dwar dan il-każ fejn saħqet li dan l-iżvilupp kellu impatt ħażin fuq il-profil tal-Belt Valletta partikularment meta wieħed iqis li bl-għoli tiegħu dan kien qed jgħatti l-koppla u l-kampnar tal-Knisja storika ta’ San Frangisk li hi element arkitettoniku ewlieni tal-Belt u hi skedata fl-ewwel grad.FWA appellat sabiex kemm l-Awtorità tal-Ippjanar u kif ukoll is-Soprintendenza tal-Wirt Nazzjonali jaddottaw viġilanza iktar stretta fir-rigward ta’ żvilupp ta’ bini qadim jew storiku fil-Belt ħalli jassiguraw li dan dejjem ikun imħares.
FWA tirrakomanda wkoll illi l-protezzjoni tal-bini antik m’ghandhux ikun biss limitat ghal- qoxra tal-gebel biss imma wkoll ghall-bqija ta’ l-elementi kollha li jikkostitwuh bhal aperturi ta’ l-injam, xoghol fil-hadid u materjal iehor inkuz il-pavimentar li hafna drabi qed jinqala’ u jintrema’. Ikun misthoqq li dan isir il-ghaliex permezz tieghu snajja tradizzjonali jew antiki jinzammu hajja l-ghaliex diga’ lhaqna livell ta’ krizi f’dan il-qasam fejn imghallma antiki zarmaw u maghhom intilfet is-sengha u ghalekk dejjem qed jaghmel il-manteniment ta’ l-istess iktar difficli.
Hi wkoll tappella’sabiex jissejjah moratorium temporanju fuq l-gholi tal-bini kollu fil-Belt, il-Furjana u t-Tlett Ibliet sakemm jitlesta’ Pjan Regolatur Ewlieni li permezz tieghu zvilupp ta’ din ix-xorta jkun regolat u kulhadd ikun jaf fejn qieghed.
Tinsisti wkoll illi li pjan ta’ din ix-xorta m’ghandhux ikun limitat biss ghall-entita’ wahda tal-gvern imma ghandu jigbor fih lill-kull entita’ li b’xi mod ghandha x’taqsam ma’ l-ippjanar, il-priservazzjoni, l-immanigjar jew l-uzu tal-propjeta’ kollha antika jew stropika b’hekk r-rizultat ewlieni jkun wiehed hollistiku u mhux wiehed limitat biss ghall-perspettiva’ ta’ entita’ wahda. Tappella’ wkoll sabiex il-harsien tal-wirt nazzjonali ma; jkunx wiehed limitat biss ghall dawk l-ezemplari ovji bhal fortizzi, palazzi jew knejjes imma li wkoll tinghat l-attenzjoni xierqa lejn il-wirt vernikulari, rurali u industrijali li hafna drabi jintesa’ u b’hekk qed jinqered ftit ftit. Tghalaq billi tghid li l-harsien tal-wirt storiku jew arkittetoniku m’ghandhux ikun ristertt ghall bini nnifshu imma ghandhu jkun estiz ghall madwar tieghu fil-kuntest tal-pajsagg kulturali bhalma hi l-kampanja iffurmat mill-bniedem u kif ukoll l-ambjent tradizzjonali mahluq fil-qalba ta’ l-ibliet u l-irhula tradizzjonali taghna. Dan kollu hu importanti li jithares daqs l-ezemplari ta’ bini ta’ mertu. In-nuqqas ta’ pjan regolatur ghall-wirt nazzjonali bhalma jezisti bhalissa jhalli lok ghad-dubju u l-konfuzjonali li jiffavorixxi kull abbuz u dejjem iktar qerda u ghalekk hemm bzonn li jsir minghajr iktar dewmien.