Fi stqarrija l-Uffiċju tal-Prim Ministru irrefera għal stqarrija maħruġa mill-Oppozizzjoni dwar id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti li tipprojbixxi refuġjati mid-dħul fl-Istati Uniti.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni ilbieraħ kien preżenti fl-udjenza, flimkien mal-mezzi tax-xandir, waqt avveniment pubbliku organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ, meta l-Prim Ministru għamel diskors u qal b’mod ċar li Malta ma taqbilx mad-deċiżjonijiet tal-amministrazzjoni Amerikana.
Il-Prim Ministru u l-Gvern Malti b’mod ċar ma jaqblux mal-diskriminazzjoni bbażata fuq oriġini jew reliġjon, tgħid l-istqarrija, u żżid li l-Oppożizzjoni għandha tieqaf tipprova tippolitiċizza kollox.