Il-Kunsill Lokali tal-Munxar b’maġġoranza Laburista wettaq rebħa importanti f’isem ir-residenti tal-Munxar. Dan meta kkonvinċa għaliex demmiela proposta f’din il-lokalità ma setgħetx tingħata permess.
Taħt it-tmexxija tas-Sindku preżenti, Sonya Abela u s-Sindku preċedenti l-Kunsill Lokali tal-Munxar kien ċar fuq din l-applikazzjoni tant li oġġezzjona għaliha sa minn meta tfaċċat.
Illum is-sezzjoni kunsillieri tal-Partit Laburista tinnota b’sodisfazzjon li l-awtoritajiet reġgħu semgħu leħen ir-residenti u taw importanza l-karba taċ-ċittadin.