Il-Qorti fil-Kenja rrifjutat li timplimenta direttiva tal-Gvern li qed timbotta l-għeluq tal-ikbar kamp tar-refuġjati fid-dinja, magħruf bħala Dabaab.
Din id-direttiva nħarġet mill-Gvern fl-2016, u tfisser li 260,000 refuġjat mis-Somalja kapaċi jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.
Il-Gvern tal- Kenja qal li kien se jagħti ċans sa Mejju li ġej, iżda l-Qorti kienet pronta tgħid li mhix se tħalli l-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva. Dan minkejja li l-Gvern qal li din hija mezz ta’ sigurta għall-pajjiż minħabba li allegatament, fost dawn ir-refuġjati hemm xi uħud li jappoġġjaw l-al-Shabab.