Fost spekulazzjonijiet u sezzjonijiet tax-xandir fl-Italja, qed tiġri l-aħbar li l-kantanta Laura Pausini ser tkun waħda mill-preżentaturi tal-Eurovision Song Contest li din is-sena ser jitella’ f’Turin, l-Italja
L-aħbar uffiċjali ta’ min ser jippreżenta l-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena ser tingħata fl-ewwel jiem ta’ Frar waqt il-festival tant popolari ta’ San Remo, b’sorsi jgħidu li din l-aħbar ser tingħata fit-tieni lejla ta’ San Remo jiġifieri nhar l-Erbgħa 2 ta’ Frar, hekk kif Laura Pausini ser tkun fost il-mistiedna speċjali.