Bħala parti mill-attivitajiet ta’ tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa, se jittella’ kunċert ta’ mużika sagra bl-isem Laudate Dominum, organizzat mill-Kummissjoni Ġimgħa Kbira Bormla b’kollaborazzjoni mas-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield.
Il-kunċert, li se jsir mill-mezzo soprano Francesca Bartolo, huwa mistenni jkun serata mużikali u spiritwali li tgħolli l-valur tat-tradizzjonijiet reliġjużi fil-Kottonera.
Pierre Bugeja, f’isem il-Kummissjoni, rringrazzja lil Dr. Bedingfield għall-appoġġ tiegħu, filwaqt li saħaq fuq l-importanza ta’ dan l-avveniment biex tissaħħaħ il-ħidma kulturali u reliġjuża f’Bormla.
Dr. Bedingfield tenna li dan il-kunċert se jżid mal-atmosfera speċjali tal-Ġimgħa Mqaddsa, li għandha valur kbir għall-komunità lokali.
Laudate Dominum se jsir fil-Kolleġjata tal-Kunċizzjoni f’Bormla nhar l-10 ta’ April fid-7.30pm.
