F’Malta se jibda jkun hawn latrini b’ġeneru newtrali, jiġifieri aċċessibbli minn kull tip ta’ sessi. Dawn il-latrini se jibdew jeżistu fil-Ministeri, u dalwaqt fil-latrina pubblika ta’ Raħal Ġdid, bħala parti mir-riġenerazzjoni tal-pjazza.
Waqt il laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku ‘Gvern li Jisma” il-Ministru Helena Dalli qalet li dan il-pass itaffi ftit mill-problemi li persuni transgender jgħaddu minnhom spiss.
Il-Ministru tkellmet dwar l-introduzzjoni tal-morning after pill f’pajjiżna. Qalet li b’mod ċar li din hija kontraċezzjoni ta’ emerġenza u taqbel mal-introduzzjoni tagħha, fid-dawl li fis-suq diġa’ hawn prodotti oħra li għandhom l-istess effett. Il-Ministru qalet li l-morning after pill se tkun qed tiġi diskussa fil-Kumitat Soċjali tal-Parlament.
Tkellmet ukoll favur li l-unjoni ċivili tinbidel fid-dritt taż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess, liema bidla pero’ tkun teħtieġ konsultazzjoni mal-pubbliku.