Issejħet laqgħa urġenti tal-ogħla awtoritajiet u l-eżekuttib tal-Irlanda ta’ Fuq wara lejl ta’ vjolenza u dimostrazzjonijiet f’Belfast l-Erbgħa bil-lejl.
Dimostranti allegatament ħebbew għall-uffiċjali tal-Pulizija diversi drabi u ntefgħu bombi tal-pitrolju fil-pubbliku. Filmati juru wkoll karozza tal-linja tieħu n-nar.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal biss li l-avvenimenti tal-Erbgħa filgħaxija huma inkwetanti ferm.