Bit-tema “Għid Tiegħek dwar l-Ewropa”, ittellghet l-ewwel minn sensiela ta’ attivitajiet ta’ konstulazzjoni maċ-ċittadini maħsuba biex ikunu diskussi t-tħassib, tamiet u aspettattivi taċ-ċittadini Ewropej dwar l-Ewropa.
B’panel b’personalitajiet li jirriflettu t-tliet istituzzjonijiet ewlenin fl-Unjoni Ewropea – il-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, ġew diskussi temi marbuta mal-futur tal-Ewropa fosthom Brexit, l-immigrazzjoni u l-politika agrikola.
B’mod partikolari ssemmiet il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, u t-tensjoni li qed toħloq din il-kriżi bejn il-pajjiżi Ewropej.
Dawn il-laqgħat qed isiru fis-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea bħala opportunità ta’ eżerċizzju li jpoġġi fiċ-ċentru l-irwol tad-demokrazija fil-prattika.
F’indirizz skjett iżda b’messaġġ ċar, il-Ministru Helena Dalli tenniet il-bżonn li l-Unjoni Ewropea twieġeb aħjar u b’mod aktar tanġibbli għat-tħassib taċ-ċittadini.