Ser issir laqgħa tal-grupp ‘Be positive bipolar self help Malta’ nhar il-Ġimgħa 12 ta’Ottubru, 2018, fil-Sala Antoine de Paule, Palazz ta’San Anton, fis-6:30 ta’filgħaxija.
Dan il-grupp se jorganizza laqgħa ghal dawk kollha li jbagħtu b’din il-kundizzjoni u għal dawk li jieħdu ħsiebhom.
Bil-permess ġentili u kortesija tal-Eċċ. Tagħha, il-President Marie Louise Coleiro Preca il-grupp qed jistiednek tmur u tieħu miegħek xi ħadd li jista’ jgħinek.
Ejja u Isma’ – M’intix Wahdek!