L-Awtoritá tal-Ippjanar ħabbret li fis-7 ta’ Novembru se ssir laqgħa pubblika dwar il-pjan għall-iżvilupp ta’ Paceville. Min hu interessat li jattendi għal din il-laqgħa huwa mitlub li jibgħat e-mail fuq pacevillemasterplan@pa.org.mt.
Il-ġimgħa li għaddiet l-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li l-proċess ta’ konsultazzjoni pubbika għall-iżivilupp ta’ Paceville ġie estiż bi tliet ġimgħat, sa nar il-25 ta’ Novembru. Id-data oriġinali ta’ tmiem il-konsultazzjoni kienet r-raba’ jum ta’ Novembru. Permezz tal-estensjoni, il-pubbliku issa għandu disa’ ġimgħat biex jara l-masterplan.
L-Awtoritá spjegat li l-konsultazzjoni pubblika għandha l-għan li tagħti l-opportunita lill-entitajiet relevanti biex iwasslu l-ideat tagħhom.