Illum waranofsinhar il-Ministru ghall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ltaqa’ mal-Ministru tal-Integrazzjoni Ewropea tal-Kosovo Bekim Collaku.
Iż-żewġ naħat iddiskutew kwistjonijiet relatati mal-qasam tal-Ġustizzja u l-moviment tal-persuni fil-kuntest Ewropew. Huma saħqu fuq il-bżonn li jkomplu jikbru r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat.
Din il-laqgħa ssegwi laqgħa oħra li kellu l-Ministru Bonnici fl-ahhar xhur mad-deputat Prim Ministru u Ministru ghall-Kultura tal-Kosovo Kutjim Shala.