BabelX – produzzjoni b’differenza bil-għan li twassal messaġġ u li kienet ffinanzjata kollha kemm hi u bil-parteċipazzjoni tal-folla ttellgħet matul tmiem din il-ġimgħa fil-Barakka t’Isfel.
Dwar din il-produzzjoni tkellimna mad-Direttur Jacob Piccinino li spjega dwar il-kunċett ta’ din il-produzzjoni. Spjega li din hi esperjenza bejn erba’ individwi ta’ erba’ aljeni li ġejjin minn erba’ pjaneti differenti, u li jitkellmu erba’ lingwi differenti u dawn għandhom missjoni li jsalvaw l-Univers.
Minkejja li ma jistawx jikkomunikaw b’mod ċar bejniethom tant li ma jiftehmux, dawn xorta jridu jaħdmu bħala tim wieħed.
Għalhekk il-messaġġ ewlieni f’din il-produzzjoni huwa wieħed. Dak li d-differenzi etniċi, differenzi fil-ħsibijiet tagħba u d-differenzi fir-reliġjon.
Iżda dan mhux biss, qabel il-laqgħa kożmika mal-atturi wieħed seta’ jidħol iżjed fl-ispirtu sabiex jifhem aħjar l-iskop u l-għan ta’ din il-produzzjoni.
Iżda kif tkun il-laqgħa kożmika bejn l-aljeni fil-Barakka t’Isfel?