Il-Presidenza Maltija se tkun qed tassigura li l-pjan t’azzjoni dwar l-immigrazzjoni maqbul fil-Valletta Summit f’Novembru ikun implimentat f’laqgha li se ssir f’pajjizna fil-bidu tas-sena d-diehla.
Il-laqgha se tkun qed tinvolvi uffiċjali għoljin mhux biss mill-UE iżda wkoll minn pajjiżi Afrikani.
Dan tħabbar f’laqgha tal-MEUSAC core group ppreseduta mis-Segretarju Parlamentari Ian Borg u l-Ministru Helena Dalli.
Matul din il laqgha, Ian Borg ta elenku wkoll ta’ x’ħa jkunu s-setturi l-oħrajn li se jiġu indirizzati fil-Presidenza Maltija.
Fosthom proposti leġislattivi li jtejbu l-applikazzjoniet tal-ażil, riforma fir-regolamenti ta’ Dublin.
Apparti minn hekk, il-Presidenza Maltija se tara li l-EASO tiġi trasformata f’agenzija ewropea sħiħa kif ukoll it-twaqqif tal-European Public Prosecutor Office u l-criminal justice cooperation.