Fir-Russja, l-uffiċjal għoli Amerikan Steve Witkoff iltaqa’ mal-President Russu Vladimir Putin, bil-għan li jiddiskutu l-waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna.
Bil-President Amerikan sejjaħ din il-gwerra bħala “bla sens” u ħeġġeġ lir-Russja sabiex taġixxi favur il-paċi.
Il-President Russu Vladimir Putin qal li lest sabiex jiddiskuti l-waqfien mill-ġlied, iżda b’bosta kundizzjonijiet. Fosthom li l-Ukrajna ma tidħolx fin-NATO, tnaqqas l-armata, waqt li tagħti erba’ reġjuni lir-Russja. B’dawn il-kundizzjonijiet ġew miċħuda mill-awtoritajiet Ukreni.