Jiem biss qabel il-Laqgħa Informali tal-Kapijiet ta’ Stat Mhux Eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala l-‘Grupp Arraiolos’, fil-Portugall, il-President George Vella kellu laqgħa bilaterali mal-President tal-Irlanda Michael D. Higgins. Din il-laqgħa saret wara ż-Żjara Statali li l-President Vella għamel f’Marzu li għadda, fl-Irlanda.
Waqt il-laqgħa l-Presidenti Vella u Higgins tkellmu fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Grupp Arraiolos li se tkun immexxija mill-President tal-Portugall Marcelo Rebelo de Sousa.
Waqt il-laqgħa tal-Grupp Arraiolos f’Porto li taħbat l-aħħar waħda għall-President George Vella, fost is-suġġett diskussi kien hemm il-gwerra fl-Ukrajna, u kwistjonijiet oħrajn ta’ relevanza għall-Unjoni Ewropea bħalma huma t-tibdil fil-klima, l-isfida tal-immigrazzjoni u l-ġejjieni tal-Parlament Ewropew, b’mod partikolari minħabba l-isfidi tal-Ewropa, inkluż il-Mediterran, is-Sahel u l-Balkani.