Laqgħa fid-Dar Ċentrali għall-kandidati tal-Partit Nazzjonalista, li saret ilbieraħ filgħaxija, kellha l-għan li ssikket lil dawk il-kandidati li fl-aħħar ġimgħat tkellmu fil-miftuħ kontra l-kandidatura ta’ Salvu Mallia u l-aġir tiegħu.
Il-Kap sejjaħ lill-kandidati d-Dar Ċentrali u qalilhom li f’dan il-mument il-kandidati għandhom ikunu ffukati kontra Joseph Muscat. Il-messaġġ kien biex ma jiddubitawx mid-deċiżjonijiet li qiegħda tieħu t-tmexxija. Fl-istess ħin fil-laqgħa kienu mwiegħda iktar ħin fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista. Bħala parti minn dan kollu tneħħiet id-deċiżjoni li kandidati tal-Partit ma jkollhomx programmi tagħhom fuq il-midja tal-PN.
Deċiżjoni li ntlaqgħet tajjeb mill-grupp li fil-Partit Nazzjonalista jrid iktar attakki ħorox u kampanji iktar agressivi. Għax b’hekk reġa’ nfetaħ il-bieb għal xi ħadd bħal David Thake, alleat fil-miftuħ ta’ Daphne Caruana Galizia. Qed ikun ikkunsidrat li anke Salvu Mallia jingħata programm fuq it-televiżjoni. B’din id-deċiżjoni, li ttieħdet fl-istess jum li Daphne Caruana Galiza qalet li ċerti deputati m’għandhomx jieħdu l-vot tan-nazzjonalisti, hemm kandidati li se jkunu imbuttati iktar.
Dan kollu skont l-istrateġija li qed jimplimentaw l-estremisti fil-Partit Nazzjonalista