L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur Ġenerali, l-NAO, laqa’ f’pajjiżna rappreżentanti mill-istituzzjonijiet supremi ta’ awditjar tal-Maċedonja ta’ Fuq, il-Polonja u s-Serbja.
Fost l-oħrajn, f’din il-laqgħa, saru diskussjonijiet dwar kif tista’ tkompli tissaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali f’dan il-qasam, filwaqt li ġew diskussi l-isfidi u l-opportunitajiet, fosthom favur aktar indipendenza, sostenbilità, parteċipazzjoni akbar mill-istakeholders u l-implimentazzjoni tal-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.
Din il-laqgħa multilaterali serviet biex issaħħaħ il-governanza u l-effettività tal-awditjar u, b’hekk, kompliet issaħħaħ l-impenn ta’ pajjiżna biex jeċċella f’dan is-settur pubbliku.
“L-iskop ewlieni hu biex aħna naqsmu esperjenzi tagħna u nitgħallmu minn xulxin. Aħna, fil-qasam tal-awditjar, naqsmu l-istess ċirkostanzi fil-pajjiżi differenti tagħna u meta naqsmu dawn l-esperjenzi, naqsmu każi ta’ good practice, inkunu qed nitgħallmu minn xulxin. Għandi pjaċir ngħid li se niltaqgħu erba’ Awdituri Ġenerali – tal-Polonja, tas-Serbja u North Macedonia – u kull wieħed minna se jagħmel presentation … fil-każ tagħna fuq sustainable audits.”
Charles Deguara, Awditur Ġenerali
L-Awditur Ġenerali Malti kellu jassistuh ukoll lid-Deputat Awditur Ġenerali, Noel Camilleri, l-Assistent Awditur Ġenerali għas-sezzjoni tal-Performance Audit, William Peplow, u Rebecca Vassallo, li hi Liaison Officer għall-Affarijiet Barranin.