Delegazzjoni tal-Partit Laburista ltaqgħet mal-Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa li bħalissa tinsab f’pajjiżna fuq talba tal-gvern.
Il-whip tal-grupp parlamentari tal-Partit Laburista, Byron Camilleri u d-Deputat Edward Zammit Lewis spjegaw l-għadd kbir ta’ riformi li għamel il-gvern u li permezz tagħhom issaħħu d-demokrazija u l-governanza f’pajjiżna.
“Kienet laqgħa pożittiva fejn fi spirtu ta’ djalogu miftuħ stajna nfissru l-bidliet importanti li għamel pajjiżna kemm ilu l-gvern Laburista,” qal il-whip tal-grupp Byron Camilleri.
Fost oħrajn issemmiet ir-riforma li tat awtonomija lill-Parlament, il-ħatra ta’ Kummissarj għall-Istandards Parlamentari u saħansitra l-kumitat għall-iskrutinju ta’ ħatriet pubbliċi. “Ilkoll bidliet li għalkemm il-pajjiż kien ilu jitkellem dwarhom saru biss wara l-ħatra ta’ Gvern Laburista,” qal Zammit Lewis.