Kemm jekk tmur bħala turist u kemm jekk tmur bħala fotografu professjoni, Lapland huwa post mimli sbuħija unika li bħala rari tara.
Wieħed jista’ jimmeravilja ruħu bis-sbuħija tas-sema mimlija stilel u kif ukoll jara l-Aurora Borealis bid-dwal ikkuluriti jisfnu fis-sema. Izda, apparti minn hekk, Lapland huwa l-post fejn San Niklaw u ċ-ċriev tiegħu joqgħodu u għalekk żġur mhux forsi tiġi klassifikata bħala waħda mill-aqwa postijiet li wieħed għandu jżur għal żmien il-Milied.
Għal dawk kollha li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux iżuru Lapland, dawn huma ftit ritratti li wieħed jista’ jitaxxaq iħares lejhom mill-kumdità ta’ daru stess kif ukoll filmat ċkejken.