Ma ridtx nibqa’ ħajja tant kemm sibtha diffiċli mal-Familja Rjali. Tlabt għall-għajnuna, u ħadd ma għeni.
Kliem id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle, f’intervista li hi u żewġha l-Prinċep Harry taw lix-xandara Oprah Winfrey. L-intervista ta’ sagħtejn ixxandret fl-Istati Uniti l-lejl li għadda.
Hawnhekk Markle żvelat li mument partikolarment ikrah kien meta membru tal-Familja staqsa lill-Prinċep Harry kemm se tkun skura l-ġilda ta’ binhom, Archie. Mit-tweġibiet tal-koppja wkoll, jidher ukoll li raġuni ewlenija għaliex telqu mir-Renju Unit kienet ir-razziżmu li affaċċjaw.
Il-Prinċep qal ukoll li jinsab iddiżappuntat bil-mod kif aġixxa missieru, il-Prinċep Karlu, li jidher li waqaf iwieġeb it-telefonati ta’ ibnu stess.
L-intervista ta’ sagħtejn ixxandret fl-Istat Uniti tul il-lejl li għadda, u mistennija tixxandar illejla fuq l-istazzjon ITV fir-Renju Unit.