“Lanqas nista’ nemmen, għalfejn kellu jsejjaħlek daqshekk malajr il-Mulej? Kont tifla sabiħa u b’qalb tad-deheb, ċajtiera u dejjem bi tbissima fuq wiċċek.”
Dawn kienu wħud mill-messaġġi ta’ qsim il-qalb li tħallew fuq il-profil taż-żagħżugħa Alashia, li sfortunatament tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Bormla lbieraħ filgħaxija.
Huma għexieren ta’ persuni li ħallew messaġġi fuq il-profil tagħha fejn wrew id-dieqa tagħhom għat-telfa ta’ ħabiba tal-qalb. Minn qasam memorji ta’ flimkien, oħrajn xi ritratt u bosta b’messaġġ ta’ dispjaċir u kif lanqas biss jistgħu jemmnu li din l-aħbar mhix ħolma kerha iżda hi realtà.