Ammont ta’ siġar taċ-ċawsli li kienu għadhom kif ġew mħawla minn Infrastructure Malta fi Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok bejn Ħaż Żabbar u ż-Żejtun nsterqu jiem biss wara li ġew mħawla.
20 siġra inħawlu b’kollox, iżda għal uħud minnhom lanqas biss għamlu 48 siegħa f’posthom qabel persuna jew persuni mhux magħrufa iddeċiedew li jisirquhom.
Fuq Facebook, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg ikkundanna dan l-att li fi kliemu sejjaħ tal-mistħija.