Mill-attivitajiet marbuta maċ-‘Charity Fun Run’ organizzata mill-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża, inġabru mad-€9,000.
Il-maltemp li laqat il-gżejjer Maltin fl-aħħar jiem ma qatax qalb l-istudenti.
Filfatt l-attivita’ ‘Niġri biex ngħin’ tħassret minħabba x-xita ma taqta’ xejn iżda hekk ukoll kienet it-turija ta’ solidarjetà hekk kif il-flus b’risq diversi organizazzjonijiet inġabru xorta.
Minkejja li s-solitu ġirja ma saritx, l-istudenti nġabru fis-sala ewlenija tal-iskola u għamlu numru ta’ eżerċizzji fiżiċi.
Qabel iċ-‘Charity Fun Run’, ġew organizzati diversi attivitajiet fosthom logħob sportiv, promozzjonijiet favur ħajja b’saħħitha kif ukoll ballu bit-tema ta’ Hollywood.
F’dawn l-attivitajiet ħadu sehem b’mod attiv l-istudenti kollha tal-iskola sekondarja tal-Imrieħel kif ukoll l-għalliema tagħhom.
Kemm ilha ssir il-Fun Run, inġabru mal-kwart ta’ miljun ewro.
Il-flus miġbura fl-edizzjoni ta’ din is-sena marru b’risq kif ġej;
- ALS Malta (45%)
- Il-Fondazzjoni Inspire (20%)
- Cystic Fibrosis Trust (20%)
- Il-Fond Benevolenti tal-iskola (15%)