Bħalissa fuq il-midja Ingliża għaddejja kontroversja dwar att umli li għamlet id-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle.
Id-Dukessa lbieraħ attendiet għall-ewwel avveniment waħedha minn mindu ingħaqdet mal-Familja Rjali.
Fuq filmat id-Dukessa dehret tgħalaq il-bieba tal-karozza hi, att li jmur kontra l-protokol ta’ persuna importanti bħalha.
Kienu ħafna li faħħru lil Markel, però kien hemm oħrajn li ma felħux jaraw dan.
Filmat: Associated Press