Il-lanċa tas-sajd Maltija Salvatur VI, MFA0172VLT ilha għal madwar ġimgħa maqbuda mill-Forzi Libjani fil-port ta’ Benghazi. Fuq din id-dgħajsa kien hemm kaptan Taljan u sitt membri tal-ekwipaġġ li ġejjin mill-Indoneżja. Allegatament id-dgħajsa ġiet interċettata 35 mil il-barra mill-Libja madankollu il-Libjani qed jgħidu li d-dgħajsa kienet qed tbaħħar fl-ibħra territorjali tagħhom.
Skond is-sid tad-dgħajsa Albert Satariano fil-viċinanzi ta’ din id-dgħajsa kien hemm bosta dgħajjes oħra jtajjru bnadar Taljani madankollu ma ttieħdet l-ebda miżura fil-konfront tagħhom. Skond l-avukat tal-kumpanija li jinsab il-Libja qal li l-Armata Libjana qed tistenna li jsiru kuntatti mil-Awtoritajiet Maltin u Indonesjani.
Il-port ta’ Benghazi jinsab immexxi mill-Gvern tal-Punent tal-Libja mmexxija minn Abdullah al-Thinni. Gvern li mhux rikonoxxut mill-Gvern Malti.
Aktar dettalji kif jaslulna.