Il-Gwardja tal-Kosta Taljana u Awtoritajiet navali oħra wettqu operazzjoni fuq dgħajsa bl-immigranti bħala parti mill-Operazzjoni Themis, waqt li din kienet qed tbaħħar lejn Lampedusa.
L-immigranti abbord irrifjutaw l-għajnuna mill-Forzi Armati ta’ Malta, li kienu qed jissorveljaw id-dgħajsa waqt li kienet qed tbaħħar fir-reġjun ta’ tfittxija u salvataġġ ta’ Malta. L-immigranti insistew li ma kellhomx bżonn għajnuna u li riedu jkompli triqithom lejn l-Italja.
Intant, l-AFM kompliet tissorvelja d-dgħajsa sabiex twettaq dmirijietha bis-sħiħ.
Fi stqarrija, il-Gvern Malti qal li l-Awtoritajiet Taljani qed jikkonsidraw il-każ bħala wieħed ta’ tfittxija u salvataġġ, bl-iktar port sigur viċin ikun dak ta’ Lampedusa. Iċ-Ċentru għall-Koordinazzjoni u Salvataġġ Marittimu f’Ruma ma wriex interess f’dan il-każ.
Il-Gvern żied jgħid li dan ifisser li Ruma m’għandha ebda dritt legali tiddikkjara li Malta għandha tipprovdi port sigur għal dan il-każ.