Lagħbi professjoni li għandu 58 sena mit-Turkija ngħata l-libertà proviżorja wara li kien arrestat fl-ajruport ta’ Malta b’bagalja mimlija b’aktar minn €45,000 mhux iddikjarati.
Eyup Mermutlu minn Dalaman qabad titjira minn Istanbul kmieni t-Tlieta filgħodu meta nstab li kien qed iġorr €45,185 li huwa aktar mill-ammont stipulat fir-regoli ta’ kontroll fuq flus kontanti.
L-Avukati tal-imputat Franco Debono u Gianluca Caruana Curran spjegaw fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Victor Axiaq li d-destinazzjoni finali tal-akkużat ma kinitx Malta iżda Montecarlo.
Il-Qorti tat il-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.