Dillon Kenneth Junior Bartolo ta’ 28 sena mill-Bormla, baqa’ jinżamm arrestat wara li ammetta li ffroda €3,000 lil anzjana wara li lagħabha ta’ qassis.
Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, intqal kif l-imputat qal lill-anzjana li hu Dun Ġwakkin u li kien qed jiġbor il-flus għall-karità.
Ġie spjegat ukoll kif Bartolo kien qed jiltaqa’ ta’ spiss mal-anzjana u kien hawn li daħal rapport lill-pulizija dwar dan il-każ.
Huwa ġie arrestat waqt li kien qed jiġbed il-flus.
L-Avukat difensur qalet kif iż-żagħżugħ għamel dan għax kienu qed jiġru warajh xi traffikanti tad-droga biex jgħaddilhom il-flus.
Is-sentenza għal dan il-każ se tingħata l-Ħamis.