Lady Gaga ttieħdet l-isptar, wara li l-midja qed tgħid li kienet qed issofri minn uġigħ kbir.
Il-kantanta ta’ fama mondjali mhux se tkun qed tieħu sehem f’festival li kien maħsub li se tmur għalih, Rock in Rio fil-Brażil minħabba l-istess uġigħ.
Permezz ta’ Instagram hi kitbet messaġġ għas-segwaċi tagħha fejn qalet “Kollox nagħmel għalikom iżda bħalissa hemm bżonn li nieħu ħsieb saħħti.”
Gaga li għandha 31 sena riċentament żvelat li għandha l-kundizzjoni tal-fibromyalgia, kundizzjoni li tikkawża uġigħ kbir madwar il-ġisem kollu ta’ dak li jkun.