Il-pop star Amerikana Lady Gaga żvelat li tbati minn forma ta’ marda mentali magħrufa bħala post-traumatic stress disorder, dan wara li kienet irrejpjata meta kellha dsattax il-sena.
Lady Gaga li għandha tlettin sena qalet li din il-kundizzjoni ħalliet impatt psikoloġiku kbir u ħsibijiet koroh ta’ kuljum. L-istilla Amerikana faħħret il-mod ta’ kif trattawa t-tobba, il-familjari u ħbieb tagħha, li permezz tal-attitudni tagħhom salvawla ħajjitha. Lady Gaga żvelat din l-esperjenza personali waqt li kienet qed tqassam rigali f’ċentru taż-żgħażagħ.
Il-meditazzjoni tgħini nirilassa u nikkalma, għalkemm din il-marda tkompli tippersisti fija kuljum, stqarret il-kantant Amerikana. Fuq Twitter Lady Gaga qalet li kienet qasmet wieħed mill-ikbar sigrieti mad-dinja kollha.