B’investiment ta’ 250,000 ewro għal investiment f’teknoloġija ġodda, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri inawgura laboratorju ġdid ġewwa l-MITA.
Dan bil-għan li jospita numru ta’ ħaddiema tal-Gvern u start ups fit-taħriġ tagħhom. Fid-diskors tiegħu Silvio Schembri qal li l-laboratorju ħa joffri kemm lezzjonijiet biex jiżdied l-għarfien fuq dawn it-teknoloġiji kif ukoll aktar ħsieb kreattiv sabiex jiġu żvillupati aktar ideat relatati ma’ teknoloġiji ġodda fosthom dawk tar-realta virtwali.
Attivitajiet oħra ħa jkunu relatati mal-qasam tal-blockchain, intelligenza artifiċjali u 3D printing.